Għaddew diversi jiem u l-allegazzjonijiet li għamel il-blogger Neville Gafà fuq il-Ministru Owen Bonnici baqgħu mhux sostanzjati – iżda d-dubju fil-konfront ta’ Bonnici issa laħaq nibet.
U għalqdaqstant Net News għamel diversi mistoqsijiet lil numru ta’ membri fil-Kabinett ta’ Robert Abela – fosthom jekk Gafà hux qed jigdeb.
Dan hekk kif l-istess Gafà kien qal li l-Ministru Owen Bonnici ħaddem lill-awtur Mark Camilleri fuq kuntratt ta €25,000 mit-taxxi tal-poplu għax Camilleri kellu xi informazzjoni dwar il-Ministru….u għalhekk Bonnici ried jagħlaqlu ħalqu.
S’intendi dawn l-allegazzjonjiet qatt ma ġew miċħuda mill-Partit Laburista, u kollox waqa fil-muta.
Dwar dan kollu, Net News staqsa lil sieħeb Bonnici, il-Ministru Byron Camilleri…u anke dan tal-aħħar naqas milli jikkundanna lil Neville Gafà jew saħansitra jgħid li dak li qal huwa gidba.
Id-domanda tibqa’ tidwi, jekk Gafà mhux giddieb, x’jista’ jaf Mark Camilleri fuq Owen Bonnici li tiswa €25,000? Dawn l-allegazzjonijiet għandhom x’jaqsmu ma’ persuni terzi? Kien hemm xi komunikazzjoni għaddejja li ma kellhiex issir? Aġir mhux f’loku?
Dawn huma domandi li s’intendi jaslu awtomatikament la darba ma kien hemm ebda ċaħda, imma silenzju li mar għal kollox taħt it-tapit.
//= $special ?>