Lokali

MANOEL ISLAND: Robert Abela jdur fuq il-President tal-Labour għall-pariri

Il-Prim Ministru kkonferma li se jkun qed idur fuq il-President tal-Partit Laburista Alex Sciberras sabiex jagħtih il-pariri dwar Manoel Island. Dan ikkonfermah Abela innifsu f’kummenti lil Net News, meta ħareġ b’attakk partiġjan fuq il-PN minflok tkellem dwar is-soluzzjonijiet li jridu n-nies.

Fi kliem Robert Abela, hu talab lill-President tal-Labour – li hu avukat – sabiex jassistih f’din il-kwistjoni ta’ Manoel Island. Dan wara li internament qed ikollu wkoll pressjoni kbira minn numru ta’ Ministri u deputati.

Fil-kummenti lil Net News, il-Prim Ministru qal li issa se jkun qed “jieħu l-pariri ta’ Alex Sciberras”.