Illum, għall-ħabta tas-7:30am, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku f’Xatt l-Għassara tal-Għeneb, il-Marsa.
Il-Pulizija marret minnufih fil-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Ford Fiesta misjuqa minn raġel ta’ 39 sena residenti x-Xgħajra, u mutur Honda misjuq minn mara ta’ 35 sena u tgħix Ħad-Dingli.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lill-mara l-Isptar Mater Dei, fejn ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi.
L- investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>