Ambjent Lokali

Seba’ għaqdiet ambjentali laqgħu b’mod pożittiv id-deċiżjoni ta’ Bernard Grech dwar Manoel Island

Li nsalvaw Manoel Island u nrodduha lill-pubbliku bħala park nazzjonali, kisbet momentum akbar issa li l-Oppożizzjoni ddikjarat li tappoġġjha l-petizzjoni li ffirmaw aktar minn 29,000 persuna.

Dan intqal fi stqarrija maħruġa minn seba’ NGOs li laqgħu din id-deċiżjoni li ħabbar Bernard Grech.

L-NGOs jittamaw li dan il-Gvern iħalli legat billi jkun kuraġġuż biżżejjed u jiddikjara li se jipproteġi l-Manoel Island minn kull żvilupp u joħloq park li jista’ jitgawda minn kulħadd.

L-NGO’s firmatarji ta’ din l-istqarrija huma:

  • Azzjoni: Tuna Artna Lura
  • BirdLife Malta
  • Din l-Art Ħelwa
  • Flimkien għal Ambjent Aħjar
  • Friends of the Earth Malta
  • Moviment Graffitti
  • Nature Trust – FEE Malta