Kunsill Lokali Ħamrun qed jipprepara biex iwassal The American Car Show,avveniment mistenni li se jsir nhar is-Sibt, 7 ta’ Ġunju 2025 – festa pubblika, fi Triq il-Kbira San Ġużepp, fil-qalba tal-Ħamrun
Dan l-avveniment se joffri spettaklu uniku u memorabbli li jappella lill-kbar u liż-żgħar bl-esebizzjoni ta’ karozzi Amerikani klassiċi u moderni, fosthom Fords leġġendarji, muturi u trakkijiet Amerikani mill-isbaħ. Dawn il-vetturi se jqanqlu n-nostalġija bil-lussu, l-istil u s-saħħa li jħaddnu.
Il-wirja mhux biss se tkun ġenna għad-dilettanti ta’ dawn il-karozzi, muturi u trakkijiet, iżda wkoll esperjenza mill-isbaħ għall-familja kollha. Matul din l-attività se jkun hemm zona ddedikata għat-tfal, b’attivitajiet divertenti u siguri; spettaklu mużikali live, b’mużika mill-aqwa mill-grupp TCB Trio u bħala attrazzjoni ewlenija – il-preżenza tal-leġġendarju Freddie Portelli, li se jferraħ lill-folla b’wirja mużikali mimlija enerġija u ħoss Malti awtentiku’
Biex dan l-avveniment ikun aċċessibbli għal kulħadd, il-Kunsill Lokali Ħamrun se joffri parkeġġ bla ħlas fil-parkeġġi tal-iskejjel tal-Ħamrun – il-Kulleġġi San Ġorġ Preca (Eks Maria Reġina u Eks Liċeo) u fil-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli (Eks Maria Assunta), sabiex kulħadd ikun jista’ jattendi mingħajr ebda tħassib.
The American Car Show huwa opportunità unika f’ambjent divertenti u ta’ kwalità għolja. Il-pubbliku kollu – kemm jekk huwa dilettant tal-karozzi, familja li qed tfittex attività differenti, jew sempliċiment persuna li tapprezza kultura u spettaklu – hu mħaġeġ ikun parti minn dan il-Car Show fil-Ħamrun, nhar is-Sibt 7 ta’ Ġunju fi Triq il-Kbira San Ġużepp mis7.30pm ‘il quddiem.
Aktar informazzjoni, tinstab fuq il-paġna tal-Facebook tal-Kunsill Lokali Ħamrun jew fuq 21222020.
//= $special ?>