Il-permessi għall-iżvilupp li ħarġu f’San Ġiljan mill-2013 sal-2024 telgħu minn 82 fl-2013 għal 165 is-sena li għaddiet – għal total ta’ 1,992 fi 12-il sena. L-aktar sena minn dawn it-tnax, li fiha nħarġu permessi kien fl-2017 meta nħarġu f’sena waħda 256 permess.
Il-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar qal fil-Parlament f’informazzjoni li poġġa fuq il-Mejda tal-Kamra, li fl-2014 inħarġu 109 permess; fl-2015 kien hemm 120; fl-2016 żdiedu għal 201; fl-2017 kien hemm total ta’ 256; fl-2018 il-permessi approvati kienu 240; fl-2019 jirriżulta li nħarġu 214; fl-2020 kienu 168; fl-2021 jirriżulta li kien hemm b’kollox 157; fl-2022 kien hemm 125; u fl-2023 il-permessi maħruġa kienu jlaħħqu l-155.
Dawn jinkludu l-permessi għal kull tip ta’ applikazzjoni, sew għal binjiet ġodda kif ukoll applikazzjonijiet għal tibdil jew tnaqqis jew żidiet għal binjiet eżistenti jew bdil fl-użu ta’ strutturi eżistenti; u jinkludu applikazzjonijiet għal permessi sħaħ (Full), permessi dwar il-mertu (Outline), kif ukoll permessi għal tiġdid (Renewal).
Il-Ministru Clint Camilleri ta din l-informazzjoni meta wieġeb mistoqsija parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Graziella Attard Previ.
//= $special ?>