Lokali Parlament

339 applikazzjoni pendenti f’Tas-Sliema u f’San Ġiljan fil-bidu ta’ Mejju

L-Awtorità tal-Ippjanar kellha quddiema sal-bidu ta’ Mejju, 339 applikazzjoni pendenti f’Tas-Sliema u f’San Ġiljan – 165 applikazzjoni għal żvilupp pendent f’San Ġiljan u 174 applikazzjoni oħra pendenti fil-lokalità ta’ Tas-Sliema.

Dawn iċ-ċifri ta’ applikazzjonijiet pendenti f’Tas-Sliema u f’San Ġiljan kienet fil-5 ta’ Mejju 2025. L-informazzjoni nħhatat fil-Parlament mill-Ministru Clint Camilleri għal mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Graziella Attard Previ li staqsiet f’mistoqsijiet separati lill-Ministru għal Għawdex  jgħid kemm hemm permessi pendenti għall-iżvilupp f’dawn il-lokalitajiet.

Dawn jinkludu permessi għal kull tip ta’ applikazzjoni, sew għal-binjiet ġodda kif ukoll applikazzjonijiet għal tibdil jew tnaqqis jew żidiet għal binjiet eżistenti jew bdil fl-użu ta’ strutturi eżistenti; u jinkludu applikazzjonijiet għal permessi sħaħ (Full), permessi dwar il-mertu (Outline), kif ukoll permessi għal tiġdid (Renewal).