Lokali Mużika

Edizzjoni oħra ta’ Earth Garden f’Ta’ Qali

Noel D’Anastas

Attrazzjoni internazzjonali u artisti lokali bil-maġija tal-mużika u l-kulturi jikkonverġu biex joħolqu memorji indimentikabbli

Earth Garden huwa wieħed mill-aqwa festival alternattiv fl-Ewropa, l-avveniment indimentikabbli annwali li jiżvolġi fl-ewwel tmiem il-ġimgħa ta’ Ġunju fil-Park Nazzjonali, Ta’ Qali.

L-edizzjoni ta’ din is-sena se jsir bejn il-Ġimgħa, 6 u l-Ħadd, 8 ta’ Ġunju. L-organizzaturi ta’ dan il-festival ilhom xhur sħaħ iħejju dan l-avveniment u f’dawn il-jiem jinsabu fl-aqwa tagħhom. Hija l-attrazzjoni ta’ World Music u mużika alternattiva bis-sehem ta’ diversi bands u artisti lokali, kif ukoll mistiedna internazzjonali, fosthom Fun Lovin’ Criminals, Rudimental u Basement Jaxx.

Jara l-bidu tiegħu fl-2007, Earth Garden kiseb reputazzjoni mal-ammiraturi tal-World Music u l-ispettru alternattiv mhux biss dawk li jgħixu f’din il-gżira, iżda huma bosta dawk il-barranin li jagħmlu appuntament ma’ dan l-avveniment, ikkunsidrat mal-aqwa 20 festival fl-Ewropa.

Din l-extravaganza multidimensjonali tkun mifruxa fuq ħames palkijiet distinti u vibranti, kull wieħed iħaddan spettru differenti ta’ gosti mużikali. Kemm jekk int ammiratur tal-World Music, Techno, House, Dub, Drum & Bass, Funk, Ska, Hip-Hop u Psychedelic Trance, Earth Garden iwiegħed esperjenza unika. L-attrazzjoni tal-festival testendi għal workshops li jsiru fit-tliet ijiem tal-festival, is-suq etniku, il-fun park għat-tfal, il-‘healing fields’, stands tal-ikel u s-sit għall-ikkampjar.

Bla dubju, Earth Garden joffri sens ta’ diversità u inklussività mingħajr l-ebda barrieri tal-età, esperjenza unika għal gosti ta’ kulħadd, fejn il-maġija tal-mużika u l-kulturi jikkonverġu biex joħolqu memorji indimentikabbli wara tmiem il-festival.

L-akbar spettaklu se jittella’ fir-Roots Stage fejn se jilqa’ l-attrazzjoni internazzjonali  u artisti lokali. L-Electronic Sphere huwa stage immirat għall-ħoss elettroniku, l-enerġija u l-vibra offruta minn techno DJs filwaqt li fl-aħħar lejla l-palk jinbidel għal element psikadeliku. Strawberry Fields jattira fih taħlita elettrifikanti ta’ mużika House, Disco, Hip-Hop u dak il-ħoss ta’ bejniethom f’xenarju ta’ ġnien maġiku. The Enchanted Forest, kif jixhed ismu, joffri l-ambjent naturali għall-mużika raggae, funk u s-sessjonijiet akkustiċi li minn kmieni waranofsinhar jilqa’ wkoll lineup ta’ talent internazzjonali. Barra dawn, Earth Garden joffri spazju għall-Music Playground, il-post għall-kollaborazzjoni u l-kreatività ta’ talent lokali li jitħallat ukoll ma’ dak internazzjonali f’mod interattiv u organiku.

L-appuntament huwa għal tmiem din il-ġimgħa, kollox bejn is-6 u t-8 ta’ Ġunju. Lejliet u, illum 5 ta’ Ġunju, se jittella’ l-Pre-Party fil-Palm Beach. Għal biljetti u aktar tagħrif ara https://www.earthgarden.com.mt/

Rudimental

Il-Ġimgħa, 6 ta’ Ġunju

Roots Stage: Gorgobot, Dolls for Idols, Songaia, Henge, Fun Lovin’ Criminals, Basement Jaxx (DJ Set)

Enchanted Forest: Barefoot Lions, Depth, Junior Dread ft. Ina Di Sound, Prince Fatty, Volume A.

Electronic Sphere: Volph, Manthrax, Sandwell District

Strawberry Fields: Marsela, Brian Pedersen, Sean Rickett, Hunee

Mystique: Pax-Tibi, Electrodynamic, Raumgeist, Human Asteroid

Music Playground: Banjo Rancho, Hannah & Matt, Chana Collective, Cushion, Jam with Barefoot Lions.

Is-Sibt, 7 ta’ Ġunju

Roots Stage: Mundo Muzika, Vinyl Paradise, Calle Mambo, Alpha Steppa, Highlight Tribe, Rudimental

Enchanted Forest: Tedjanti, Milenaria ft. Maracujazz, Alien Montesin, KNTRL, JOON, Acidulant, Ceephax Acid Crew, Danjelo ft. JOON.

Electronic Sphere: Lenny, Cain & Kerg, Neil Landstrumm, .Vril, Dasha Rush.

Strawberry Fields: Double A, Louie G, Luca, Mato, Ogazon.

Mystique: DJ Sugarsnap, Duncan Elf,

Music Playground: Jean Aquilina, Swing Nuages, Soul Trafic, Krejon, Reload, Soul, Wilted, The Marmalades, Memphis Mac, Jam with Sempliċiment tat-Triq.

Il-Ħadd, 8 ta’ Ġunju

Roots Stage: Chris Goa, Brodu, Nicky Bomba & The Raggae-Ska Experience, Throes + The Shine, La Chiva Gantiva, Tribali,

Enchanted Forest: Aura 4 Aura (open mic) ft.Zion Not Zeeyon, Mr Oasis, Jay Rilez, DJ Pimp, Shay Who, DJ Lumes, Maaks, Jaguar Skills. Maaks.

Electronic Sphere:  Mamolo Inc., Rod Minus, The Quasars, Soul Kontakt, Boom Shankar, Total Eclipse, The Transemancer.

Strawberry Fields: Lyou, Davvy_P, Van Valer, Boys’ Shorts, Jake Opaque, Mari Mars.

Mystique: Victor Guell/Oblx, Junior B/Echofaze, Krow/Etched.

Music Playground: Percussion Jam with Fish, Reel Celtic, Morgan Mage & Friends, Songaia, Taxi Vaders, Amped Out, Strictly Commercial, Skald, Kylo Session.