Se tkun finali bejn Aryna Sabalenka u Coco Gauff hekk kif is-Sibt se jilagħbu kontra xulxin fir-Roland Garros.
Is-seed numru wieħed Sabalenka resqet pass eqreb li tirbaħ l-ewwel titlu tal-French Open tagħha meta fis-semifinali eliminat lil Iga Swiatek bl-iskor ta’ 7-6 4-6 6-0.
Wara li kellha bidu diffiċli fuq ir-ramel, Swiatek irnexxielha tirkupra b’mod tajjeb. Għal Sabalenka din se tkun l-ewwel finali tagħha fir-Roland Garros hekk kif it-tliet Grand Slams li rebħet matul il-karriera tagħha kisbithom fuq ‘hard courts’.
Minn naħa tagħha, Coco Gauff għelbet u temmet il-ħolma tal-Franċiża Lois Boisson meta fis-semifinali għelbitha 6-1 6-2.
//= $special ?>