Il-qawwiet ta’ Iżrael f’Gaza sabu l-katavri ta’ żewġ Iżraeljani ta’ ċittadinanza Amerikana li kienu nħatfu mill-Ħamas waqt l-attakki tas-7 ta’ Ottubru tal-2023 mit-terroristi fuq l-artijiet Iżraeljani tan-Nofsinar
Il-vittmi — Judi Weinstein Haggai, ta’ 70 sena u r-raġel tagħha, Gadi Haggai, ta’ 72 sena – kienu nqatlu mill-membri armati tal-Grupp tal-Brigati Mujahideen waqt attakk fuq il-Kibbutz (komunità) ta’ Nir Oz.
Iż-żewġ katavri, intant, instabu fiz-zona ta’ Khan Younis, lejn in-naħa t’isfel ta’ Gaza u, wara. ittieħdu lura lejn Iżrael għall-identifikazzjoni bil-proċess forensiku. Fil-preżent, il-Ħamas għadhom qed iżommu viċin is-60 ostaġġi Iżraeljani f’Gaza – u li x’aktarx nofshom biss għadhom ħajjin.
//= $special ?>