Ambjent Lokali

Il-konsorzju MIDI jgħid li l-kuntratt “jorbot” u li ġie negozjat minn amministrazzjonijiet varji bejn l-1994 u s-sena 2000

Il-konsorzju MIDI, li għandu f’idejh il-proġett ta’ Manoel Island, qed jgħid li jinsab miftuħ għal kwalunkwe skrutinju. Dan filwaqt li nsista li l-kuntratt preżenti għadu jorbot, u li ma kien hemm ebda ksur tal-obbligi kuntrattwali.

Fi stqarrija, il-MIDI qal li se jkompli jonora l-obbligi li għandu filwaqt li jtenni li kien hemm dewmien fit-twettiq tal-proġett minħabba stennija għal permessi u s-sejba ta’ fdalijiet storiċi kemm f’Tignè u anke f’Manoel Island stess.

F’dan il-komunikat, il-konsorzju jfakkar li kien hemm gvernijiet suċċessivi mill-1994 li nnegozjaw dan il-ftehim; perijodu li jkopri wkoll is-sentejn ta’ Gvern Laburista mmexxi minn Alfred Sant. Dan il-fatt iwaqqa’ għal kollox ir-retorika partiġjana użata lbieraħ mill-Prim Ministru Robert Abela.