Il-kontroversja dwar il-binja tal-Kunsill Lokali ta’ Santa Luċija ħadet żvolta ġdida hekk kif issa anke d-deputat Katya Degiovanni spiċċat taqbel mal-PN. Dan hekk kif f’diskors li għamlet fil-Parlament, id-deputat tal-Labour semmiet l-istess inkwiet li ilu jitkellem dwaru l-PN għal ġimgħat sħaħ – u li qed jolqot lil din il-lokalità.
Kollox beda wara li waqt laqgħa tal-Kunsill Lokali ta’ Santa Luċija ftit tax-xhur ilu, ħareġ ċar li l-Kunsillieri Laburisti kienu spiċċaw ostaġġi tal-Ministru Chris Bonett – li għax jaf li l-Kunsill m’għandux il-fondi għall-proġett ta’ Ċentru Ċiviku ġdid, irid jimmanipula lill-Kunsill u jeqred art verġni flok jagħżel sit ieħor għal dan il-proġett.
Fuq Facebook, il-Minority Leader tal-PN f’Santa Luċija Liam Sciberras irringrazzja lil Katya Degiovanni. U fakkar li hu bħala kunsillier lokali ilu jitkellem fuq l-issues li jolqtu lir-residenti għal snin sħaħ fil-laqgħat tal-Kunsill Lokali, bla qatt ma ngħata widen.
Liam Sciberras reġa’ ppubblika lista ta’ dawn il-kwistjonijiet:
- Il-lokazzjoni tal-‘Violence Domestic Hub Unit’;
- Iċ-Ċentru Ċiviku li jsir flok l-uffiċċju tal-Kummissarju tat-Tfal (liema issue ressaqt mozzjoni fil-kunsill lokali u ssekondata minn Connie Debattista, li l-kumplament tal-kunsilliera irriġettaw mingħajr ma taw widen); u
- Il-problema tal-immaniġjar tat-traffiku (li jiena u Connie Debattista ressaqna mozzjoni fuqha u għadu sal-lum ma sar xejn).
Liam Sciberras fakkar li hu ġie elett għal kull resident Luċjan u hekk ser ikompli jagħmel flimkien ma’ Connie Debattista u l-kunsilliera l-oħra, jekk hemm ir-rieda tajba.
//= $special ?>