“Il-Qrati qed jagħmlu xogħolhom issa jmiss li l-Gvern jagħmel xogħlu biex jassigura li dak li ġara ma jerġa’ jiġri qatt iżjed. Il-Gvern għandu obbligu li jimplimenta r-rakkomandazzjonijiet li ħarġu mill-Inkjesta Pubblika dwar l-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia”, qal il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech f’kumment wara l-verdett.
Huwa fakkar li l-Partit Nazzjonalista ressaq fil-Parlament Mozzjoni biex dawn jiġu implimentati. Wara li l-Inkjesta sabet li l-klima ta’ impunità li daħħal dan il-Gvern wasslet għall-qtil, il-Gvern għandu obbligu li jimplimenta dawn ir-rakkomandazzonijiet illum qabel għada.
L-Avukat Grech irringrazzja lill-uffiċjali fil-Korp tal-Pulizija u dawk responsabbli mill-prosekuzzjoni tal-ħidma tagħhom biex issir ġustizzja. Solidarjetà mal-familji Caruana Galizia u Chircop, temm jgħid il-Kap tal-Oppożizzjoni.
//= $special ?>