Is-sena li għaddiet il-Prim Ministru, Robert Abela għamel kampanja sħiħa kontra numru ta’ deputati tal-Partit Nazzjonalista fejn insinwa li dawn ma jidħlux għax-xogħol. U issa, il-Kummissarju tal-Istandards xejjen kompletament dawn il-qlajjiet.
Kien għal din ir-raġuni li Net News staqsa lill-Kap Eżekuttiv tal-Partit Laburista, Leonid Mckay, jekk hux se jagħmel apoloġija. Għalkemm dan spiċċa qalilna li ma qarax il-konklużjoni tal-Kummissarju tal-Istandards.
Intant, fid-dawl tal-attakki kontinwi li qed isiru mill-fazzjoni estremista tal-Partit Laburista fuq il-Ministru Owen Bonnici, Net News staqsa lil Leonid McKay jekk kellimx lil Neville Gafà u jekk jikkundanmax kliemu.
U filwaqt li ma kellu l-ebda problema jgħid li jkellem lil kulħadd, fl-ebda ħin ma kkundanna lil Neville Gafà.
//= $special ?>