L-MFA kisbet ktieb uniku li fih aktar minn 230 firma ta’ eks plejers tat-tim nazzjonali Malti. L-Erbgħa l-MFA, parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-125 sena anniversarju tat donazzjoni ta’ €5,000 lil Cartias Malta li mingħandha kisbet dan il-ktieb.
Il-ktieb li huwa reġistrat bin-nutar jismu ‘Malta All-Time National Football Players’ u sar b’inizjattiva tal-eks plejer tat-tim nazzjonali Malti Jimmy Briffa. Il-ktieb fih 234 firma bl-ewwel firma tkun tal-plejer leġġendarju Joe Cini.
Jimmy Briffa ddedika ħin sinifikanti sabiex jikseb dawn il-firem kollha. Iċ-ċerimonja saret fl-Mużew tal-Futbol tal-MFA fejn attendew ukoll il-President tal-MFA Bjorn Vassallo, l-eks plejers tat-tim nazzjonali Malti Joe Cini u Miguel Mifsud, kif ukoll is-CEO ta’ Caritas Malta Anthony Gatt.
Gatt irringrazzja lil Jimmy Briffa talli għamel dan il-ktieb kif ukoll lill-MFA tal-ġest ta’ solidarjetà li wettqet.
//= $special ?>