Lokali

Leaks mill-Grupp Parlamentari Laburista: Abela baqa’ indeċiż dwar Manoel Island

Konfermat l-inkwiet intern fi ħdan il-Partit Laburista hekk kif fil-laqgħa tal-Grupp Parlamentari ħareġ biċ-ċar kif dwar is-saga ta’ Manoel Island… kulħadd qed jipponta subajh lejn il-Prim Ministru Robert Abela.

Sorsi miċ-Ċentru Nazzjonali Laburista saħqu kif kien hemm diżgwit enromi fil-Grupp Parlamentari jekk Manoel Island għandiex tiġi żviluppata.

B’sorsi jgħidulna li Clyde Caruana qed jinsisti li mhux ser joħroġ flus għall-ebda Park Nazzjonali. U Owen Bonnici, li issa hu l-Ministru tal-Lands, spiċċa sfida lil Robert Abela, u m’attendix għall-istess laqgħa. Jonathan Attard ukoll naqas milli jkun preżenti.

L-istess sorsi qalulna li fil-laqgħa, Edward Zammit Lewis u Alex Sciberras taw spejgazzjoni tal-kuntratt ta’ Manoel Island.  Iżda Robert Abela, baqa’ indeċiż.

Net News kien preżenti barra ċ-Ċentru Nazzjonali l-Ħamis waranofsinhar, fejn spikka l-kumment ta’ Carmelo Abela – li bħall-PN – qed jabel li ċ-ċirkustanzi nbidlu.

Iżda għal Robert Abela, dak li qal id-deputat tiegħu mhux minnu, għaliex baqa’ jgħid li ċ-ċirkustanzi ta’ Manoel Island ma nbidlux.

Intant, il-Grupp Parlamentari Laburista baqa’ ma kkommettix ruħu jekk jemminx li Manoel Island għandha tinbidel f’park nazzjonali.

Ritratti: Catriel Farrugia Sghendo