Festi Kultura Lokali

Lejn il-festa ta’ Santa Katarina fiż-Żejtun

Is-Soċjetà Mużikali Beland ħabbret fi stqarrija li qed tiċċelebra bil-kbir il-festa ta’ Santa Katarina b’ġimgħa sħiħa ta’ attivitajiet, tradizzjonijiet u mużika.

Il-programm jibda l-Ġimgħa, 6 ta’ Ġunju, bil-“Festa Tfal” b’marċ mill-Banda Beland bl-istatwa tat-tfal ta’ Santa Katarina u attivitajiet għall-familja kollha. Il-Ħadd, 8 ta’ Ġunju, il-ħruġ min-niċċa tal-vara ta’ Santa Katarina, b’xandira speċjali mis-sede tas-Soċjetà.

It-Tnejn, 9 ta’ Ġunju, marċ mill-Banda Santa Katarina taż-Żurrieq u wirja spettakolari ta’ nar mekkanizzat.

It-Tlieta, 10 ta’ Ġunju, marċ mill-Banda San Ġużepp ta’ Ħal Għaxaq b’għeluq spettakolari għall-folla. L-Erbgħa u l-Ħamis, atmosfera ta’ divertiment waqt il-Green Gatherings fil-każin.

Il-Ġimgħa, 13 ta’ Ġunju, Marċ grandjuż mill-Banda Beland b’sorpriża mill-partitarji u show tan-nar sinkronizzat mal-mużika mill-bjut tal-każin.

Lejlet il-festa, marċ ieħor mill-Banda Beland segwit minn kunċert vokali u strumentali minn fuq il-planċier tas-Soċjetà. Il-Ħadd, 15 ta’ Ġunju – Marċ tas-Siegħa mil Banda Beland u filgħaxija l-banda tal-Qrendi tagħmel marċ u programm fuq il-planċier, u purċissjoni solenni bil-vara ta’ Santa Katarina.