Lokali

Sewwieq ta’ mutur iweġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku

Ilbieraħ, għall-ħabta tad-9:15pm, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku f’Kennedy Drive, San Pawl il-Baħar.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li raġel kien sofra xi ġrieħi wara li allegatament, waqt li kien qed isuq mutur Peugeot Tweet, intlaqat minn vettura li baqgħet sejra.

Il-vittma huwa żagħżugħ minn Nepal li għandu 21 sena u residenti San Pawl il-Baħar stess.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei, fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L- investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.