Lokali Parlament

2,334 żwieġ u 524 divorzju fir-Reġistru Pubbliku

Skont ċifri proviżorji pprovduti mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) jirriżulta li kien hemm 2,334 żwieġ irreġistrat mar-Reġistru Pubbliku. Minn dawn, 2,200 kienu żwiġijiet li saru f’Malta u Għawdex.

Jirriżulta wkoll li kien hemm 524 divorzju li ġew irreġistrati mar-Reġistru Pubbliku matul l-2024. Minn dawn, 428 kienu divorzji li ngħataw f’Malta jew f’Għawdex.

Dawn iċ-ċifri ngħataw fil-Parlament mill-Ministru tal-Finanzi Clyde Caruana għal mistoqsijiet parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Jerome Caruana Cilia.