Permezz ta’ stqarrija, l-Għaqda Maltija għad-Dyslexia esprimriet it-tħassib tagħha dwar dikjarazzjoni riċenti tal-MCAST li tissuġġerixxi li studenti mhumiex ippreparati. L-Għaqda sostniet li hi temmen li dan it-tip ta’ kumment jirrifletti l-problemi sistemiċi li hemm fil-qafas edukattiv f’pajjiżna.
L-Għaqda saħqet li s-sors tal-problema jinsab fin-nuqqas ta’ sapport adegwat, fin-nuqqas ta’ riżorsi personalizzati, kif ukoll kurrikulu mhux sostenibbli. Huma sostnew li hemm bżonn riforma fis-sistema edukattiva biex din tkun tista’ toffri riżorsi adegwati kif ukoll appoġġ għal diversi bżonnijiet ta’ tagħlim, biex verament ikun jista’ jiġi żgurat li l-istudenti kollha jingħataw l-għodod u l-għajnuna meħtieġa biex jiksbu suċċess.
L-Għaqda Maltija għad-Dyslexia qed tħeġġeġ lill-politiċi kif ukoll lill-awtoritajiet edukattivi biex jisħqu fuq edukazzjoni inklussiva, jinvestu fit-taħriġ tal-għalliema, u jiżviluppaw strutturi ta’ appoġġ għal kull student.
//= $special ?>