Futbol Sport

Kai Azzopardi u Danica Bonello Spiteri champions nazzjonali fit-Triathlon

Kai Azzopardi, żagħżugħ ta’ 18-il sena sar iċ-champion nazzjonali fit-triathlon hekk kif fl-ewwel prova tiegħu f’dawn id-distanza u kiser ir-rekord lokali meta daħal 6 minuti qabel l-aħħar rekord, u għall-ewwel darba kien l-atleta li rnexxielu jdħol f’inqas minn sagħtejn.

Il-Ħadd saret ukoll it-Triathlon tan-nisa, b’Danica Bonello Spiteri tidħol fl-ewwel post biex issir iċ-champion nazzjonali għas-sena 2025.