Fi Grupp I, l-Italja bdew il-mixja lejn il-kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2026 bl-agħar mod hekk kif sofrew telfa umiljanti kontra n-Norveġja bl-iskor ta’ 3-0. In-Norveġiżi kienu dominanti f’kull parti tal-grawnd, bit-Taljani jilagħbu mingħajr Moise Kean u Manuel Locatelli hekk kif weġġgħu ftit ġranet qabel il-partita waqt is-sessjonijiet tat-taħriġ.
L-Italja kellhom ukoll żvantaġġ, hekk kif numru ta’ plejers involuti fil-partita kienu għajjiena anke wara l-finali tal-UEFA Champions League li saret fil-31 ta’ Mejju, bejn PSG u Inter, fosthom Nicolo Barella, Alessandro Bastoni u Federico Dimarco ta’ Inter, u Gianluigi Donnaruma ta’ Paris Saint-Germain.
It-Taljani soffrew l-ewwel gowl wara 14-il minuta meta b’ġirja tajba Sorloth xeħet fix-xibka mill-assist taż-żgħażugħ promitenti Antonio Nusa. L-istess Antonio Nusa kien involut fit-tieni gowl, din id-darba meta niżżel ismu mal-iskorers mis-suġġeriment ta’ Thorsby.
It-tielet u l-aħħar gowl wasal anke fl-ewwel taqsima, peremzz tal-attakkant prolifiku Erling Haaland minn assist tal-istilla tat-tim Martin Odegaard.
Fl-istess grupp, l-Iżrael għelbu lill-Estonja 3-1. Il-gowls ta’ Iżrael jaslu minn Dan Biton fid-39 minuta, u fid-49 minuta, kif ukoll penalty ta’ Abu Fani fl-aħħar sekondi tal-partita. Estonja kienu dawk li fetħu l-iskor permezz ta’ Mattias Kait fil-31 minuta.
Fi Grupp J, il-Maċedonja ta’ Fuq irnexxiehom jiksbu punt prezzjuż kontra l-aqwa tim fil-grupp meta żammew lill-Belġju fir-riżultat ta’ 1-1.
Għall-Belġju jiskorja l-ewwel De Cuyper ftit qabel in-nofsiegħa logħob, qabel l-eks Leeds Ezgjan Allioski jiskorja l-gowl tad-draw fis-87 minuta.
Ukoll mill-istess grupp, ebda sorpriża hekk kif Wales kisbu t-tieni tlett punti f’tlett partiti meta għelbu lil Liechtenstein 3-0.Joe Roden jiskorja l-ewwe fid-39 minuta, segwit minn żewġ gowls ta’ Harry Wilson u Kieffer Moore fit-tieni taqsima.
Intant fi Grupp J, tasal it-tielet rebħa minn tlieta għar-Repubblika Ċeka hekk kif din id-darba huma għelbu lil Montenegro 2-0, permezz ta’ gowls minn Adam Hlozek fit-23 minuta u Patrick Shick fil-65 minnuta.
Mill-partita l-oħra jasal l-ikbar skor tal-ġurnata hekk kif il-Kroazja għelbu lill-Ġibilta’ 7-0
Il-gowls jaslu minn Mario Pasalic u Ante Budmir fl-ewwel taqsima, segwiti minn żewġ gowls ta’ Frenjo Ivanovic u Andrej Kramaric, u gowl ieħor mill-veteran Ivan Perisic fit-tieni taqsima.
TAZZA TAD-DINJA 2026
KWALIFIKAZZJONI
Illum
Grupp I
Estonja v Iżrael 1-3
Norveġja v Italja 0-3
Grupp J
Maċedonja ta’ Fuq v Belġju 1-1
Wales v Liechtenstein 3-0
Grupp L
Repubblika Ċeka v Montenrgo 2-0
Ġibilta’ v Kroazja 0-7
Għada
Grupp G
Malta v Litwanja 6:00pm
Finlandja v Olanda 8:45pm
Grupp H
Bosnja H. v San Marino 3:00pm
Awstrija v Rumanija 8:45pm
Grupp K
Andorra v Ingilterra 6:00pm
Albanija v Serbja 8:45pm