Kummerċ Lokali

MeDirect iniedi sigurtà mtejba għall-karti tad-debitu

Il-MeDirect  nieda sett ġdid ta’ funzjonijiet ta’ sigurtà għall-klijenti li jagħmlu użu mill-karti tad-debitu tiegħu, u b’hekk saħħaħ l-impenn tal-Bank li jipproteġi l-finanzi tal-klijenti permezz ta’ soluzzjonijiet intelliġenti, flessibbli  li ġew maħluqa speċifikament għall-bżonnijiet tal-klijent.

L-aħħar żviluppi jintroduċu kontrolli avvanzati li jippermettu lill-klijenti sabiex jimmaniġġjaw il-limiti tal-infiq tagħhom, jimblokkaw l-użu tal-karti tad-debitu f’reġjuni speċifiċi, kif ukoll l-abbiltà li jippermettu jew iwaqqfu l-faċiltà li jsiru tranżazzjonijiet online. Dawn il-karatteristiċi kollha huma aċċessibbli permezz tal-applikazzjoni tal-mobile tal-MeDirect jew fuq il-pjattaforma tal-internet banking.

Bl-għażliet il-ġodda, il-klijenti issa jistgħu jistabbilixxu limiti personalizzati ta’ kuljum, kull ġimgħa jew ta’ kull xahar fuq l-infiq bil-karti tad-debitu u l-ġbid ta’ flus mill-ATM. Barra minn hekk, bil-funzjoni tal-aċċess ġeografiku, il-klijenti jistgħu jirrestrinġu l-użu tal-cards għal reġjuni speċifiċi. Il-klijenti jistgħu wkoll jimblokkaw jew jiżblokkaw il-kapaċità li jagħmlu xiri online. Jekk jiġi diżattivat, kwalunkwe tentattiv ta’ tranżazzjoni online bl-użu tal-karti tad-debitu jiġi miċħud awtomatikament sakemm jerġa’ jiġi attivat mill-klijent permezz ta’ awtentikazzjoni sigura.

Għal aktar informazzjoni dwar il-funzjonijiet il-ġodda tal-karta tad-debitu tal-MeDirect u kif tista’ tattivawhom, żuru www.medirect.com.mt/pay/cards.

Il-klijenti jistgħu wkoll jikkuntattjaw lil MeDirect permezz ta’ messaġġ sigur (mill-applikazzjoni tal-mobile jew mill-internet banking), billi jibagħtu imejl fuq customerservice@medirect.com.mt jew bit-telefon fuq +356 2557 4400 (Mit-Tnejn sal-Ġimgħa mit-8am sas-6pm, u s-Sibt bejn id-9am sas-1:00pm).