Ftit tal-ħin ilu, numru ta’ units tas-CPD waslu fil-Fgura wara li parti minn appartament ħadet in-nar.
Il-każ seħħ fi triq Louis Scicluna. B’sorsi jindikawlna li n-nar beda minn kċina.
Jidher li xi nies kellhom jiġu evakwati.
Aktar tard, Net News ġie infurmat li persuna ingħatat l-assistenza fil-post, iżda ma kelliex bżonn tittieħed l-isptar.