Frott ir-riċerka u l-innovazzjoni ta’ inġiniera u riċerkaturi Maltin, bħalissa għaddej proġett li permezz tiegħu isir moniteraġġ tal-enerġija li jipproduċu l-panelli solari – dan kollu bil-għan li tiżdied l-effiċjenza tagħhom.
Il-proġett jismu PV Promise. U permezz tal-intelliġenza artifiċjali, bl-użu ta’ drone, se jiġu identifikati hotspots li jkunu jfissru żoni fil-panelli li jipproduċu s-sħana u mhux enerġija u għaldaqstant tonqos l-effiċjenza tagħhom.
Permezz ta’ sistemi innovattivi u programmi teknoloġiċi wieħed ikun jista’ josserva s-sħana fil-panelli, bil-programm jurik kulur wieħed sabiex juri li t-temperatura tal-panelli hija waħda.
Fil-każ li jkun hemm ħmieġ, dell minn bini tal-madwar jew ostaklu ieħor li jħalli dell fuq żona speċifika fuq il-panelli – il-programm juri kulur safrani illi jindika li ż-żona speċifika tkun qed tipproduċi s-sħana. U għaldaqstant tnaqqas mill-effiċjenza tagħha.
Preżenti għal l-ispjegazzjoni ta’ dan il-proġett kien hemm is-Shadow Minister Ryan Callus, illi fid-diskors li wasal lil studenti tal-MCAST, tad-dottorat, u masters …u anke riċerkaturi u inġiniera internazzjonali ….spjega illi l-għan primarju tiegħu bħala membru fl-oppożizzjoni hu li pajjżna jimmasimizza l-potenzjal li jista’ jissarraf mir-riċerka u anke l-innovazzjoni.
Ryan Callus semma’ wkoll il-fatt illi l-Partit Nazzjonalista se jibqa’ jaħdem sabiex pajjiżna jimxi lejn użu ta’ enerġija nadifa.
//= $special ?>