Lokali

Raġel fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ minn fuq sellum f’Ħal Lija

Raġel ta’ 61 sena residenti l-Imqabba, weġġa’ meta waqa’ minn madwar sular għoli waqt li kien fuq sellum f’bitħa ta’ residenza.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-għaxra ta’ filgħodu, fi Triq Santa Mansweta, Ħal Lija.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti, u ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura.

Iktar tard, huwa ġie ċċertifikat lio qiegħed fil-periklu tal-mewt.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija, flimkien mal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-post tax-Xogħol u mill-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni għadhom għaddejjin.