Lokali

AĠĠORNATA: Anzjan imut wara li waqa’ f’residenza fil-Mosta

Pulizija u ambulanza ssejħu fil-Mosta wara rapport li kien hemm raġel li waqa’ f’residenza fi Triq l-Antini.

Il-każ seħħ għall-ħabta tas-7:15am.

Net News jista’ jikkonferma li r-raġel tilef ħajtu.

Sorsi qalulna li r-raġel waqa’ għoli ta’ madwar sular, minn fuq il-washroom għal fuq il-bejt stess. U l-każ seħħ f’residenza privata.

Ir-raġel għandu 67 sena, u xi ġirien qalulna li fil-ħin tal-inċident kien qed inaddaf il-pannelli solari.

It-triq ingħalqet għal xi ħin.

Fil-post ingħata wkoll assistenza mill-membri tas-CPD.