Żewġ lifeguards li kienu fil-Bajja s-Sabiħa f’Birżebbuġa kellhom jintervjenu biex isalvaw tifel ta’ sitt snin li kien qed jgħereq fil-baħar.
Minn informazzjoni li ksibna, jidher li l-lifeguards raw persuna wiċċha l-isfel fil-baħar, u niżlu għalih.
Appena tellgħu lit-tifel fuq il-moll…innutaw li ma kienx qed jieħu nifs, u nbeda process ta’ CPR fil-post.

Minnufih wasal tim mediku mill-Isptar Mater Dei.
It-tifel ta’ 6 snin deher mitluf minn sensih. U ttieħed l-isptar permezz ta’ ambulanza.
Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.
//= $special ?>