Futbol Sport

Tottenham Hotspur ikeċċu lil Ange Postecoglou minkejja r-rebħ tal-ewwel tazza f’17-il sena

(Ritratt: EPA)

Ange Postecoglou tneħħa mill-kariga ta’ kowċ ta’  Tottenham Hotspur 16-il ġurnata wara li Spurs rebħu l-ewwel tazza f’17-il sena, meta għelbu lil Manchester United f’Bilbao bl-iskor minimu ta’ 1-0.

Din l-aħbar tiġi b’sorpriża u le, hekk kif minkejja r-rebħa storiku tal-Awstraljan, Spurs kellhom wieħed mill-aghar prestazzjonijiet fl-istorja tagħhom fil-Premier League hekk kif tilfu 22 partita minn 38 u spiċċaw is-17-il post.

Ħafna supporters kienu maħsudin, hekk kif waqt il-parata taċ-ċelebrezzjoni Ange tkellem fuq kif is-sena dieħla se tkun sena aħjar għal Spurs, b’kollox jindika li kien se jkompli fil-kariga, madankollu dan ma kienx il-każ.

Il-kowċ ta’ Brentford Thomas Frank huwa l-iktar kowċ li qed jissema li jieħu postu, b’kowċis oħra bhal Andoni Iraola ta’ Bournemout, Marco Silva ta’ Fulham, Oliver Glasner ta’ Crystal Palace, kif ukoll l-eks kowċ ta’ Spurs Mauricio Pocchettino kollha jissemew, b’dan tal-aħħar bħalissa jokkupa l-kariga ta’ kowċ tat-tim nazzjonali tal-Istati Uniti.