Il-Prim Ministru Robert Abela inkredibilment minflok skuża ruħu mad-Deputat tal-Partit Nazzjonalista Toni Bezzina għall-fake news li xerred dwaru, spiċċa jnissel dubju fuq il-kreddibilta tar-Rapport tal-Kummissarju tal-Istandards.
Fi tmiem is-sena li għaddiet Robert Abela kien għamel kampanja sħiha kontra Toni Bezzina fejn qal li hu ma jattendix għax-xogħol bħala Perit mal-Gvern. Il-Prim Ministru kien għamel dan propju fi żmien meta faqqghħu l-iskandli marbuta mal-eks Ministru Clayton Bartolo, il-Ministru Clint Camilleri u Amand Muscat.
Iżda issa l-Kummissarju tal-Istandards xejjen kompletament dawn l-allegazzjonijiet. U għalhekk kif mistħoqq il-Partit Nazzjonalista saħaq li l-Labour… flimkien ma’ Robert Abela …għandhom jagħmlu apoloġija.
Però meta dan l-istazzjon staqsa lil Abela jekk hux se jagħmel apoloġija dan mhux talli irrifjuta – talli tefa’ dubju fuq il-kredibiltà tal-konkluzjonijiet tal-Kummissarju. U kompla jgħid li hu qal il-fatti.
Mhux hekk, biss iżda inkredibilment baqa’ jgħid li Toni Bezzina għandu jagħmel apoloġija.
Il-Kumissarju tal-Istandards ma sab xejn lanqas fil-każ ta’ deputati oħra tal-Partit Nazzjonalista li dwarhom saru allegazzjonijiet simili mill-Partit Laburista u mill-fazzjoni estremista fi ħdanu.
Fil-każ tax-Shadow Ministers Ivan Castillo u Robert Cutajar, il-Kummissarju tant ma sab xejn li ddeċida li lanqas kien hemm lok li jiftaħ investigazzjoni fuq l-ilemnti li tressu kontrihom.
Anke akkużi simi kontra d-deutat David Agius kienu sempliċi invenzjoni minn naħa tal-Labour.
//= $special ?>