MALTA……………0
LITWANJA…….0
Bl-ewwel taqsima diżappuntanti u t-tieni taqsima bil-wisq aħjar, fejn urejna ħeġġa u għatx li niksbu l-aqwa riżultat possibli, il-lejla f’Ta’Qali wasal l-ewwel punt meritat għal Malta fl-era ta’ Emilio De Leo bħala kowċ nazzjonali.
L-avversarji tagħna ma kienux faċli. Fl-ewwel taqsima setgħu marru minn fuq għal darba darbtejn, iżda fl-agħar mumenti tagħna waqt din il-logħba, xorta għarafna niddefendu tajjeb.
L-atteġjament tal-Maltin fit-tieni taqsima kien mibdul, u wara l-mistrieħ rajna tim nazzjonali mibdul u aktar motivate fejn faċilment stajna ksibna t-tliet punti. Iżda fl-aħħar mill-aħħar, il-punt mirbuħ minn kull tim f’din il-logħba, kien l-aktar riżultat ġust għal dak li rnexxilhom jagħmlu tul id-90 minuta ż-żewġ naħat.
Malta bdiet b’sistema ta’ 4-2-3-1, fejn iż-żewġ holding midfielders kienu Alex Satariano u Matthew Guillaumier, b’Teddy Teuma kien utiliżżat mal-ewwel bħala l-plejer ta’ wara l-attakkant Malti, li fl-għażla li għamel Emilio De Leo, il-punta ċentrali Malti li beda’ mal-ewwel ħdax kien l-attakkant ta’ Birkirkara, Paul Mbong.
Il-Litwanja ħarġu jilgħabu b’sistema tattika simili u identika għal Malta, b’ Vykintas Slivka, li jilgħab fl-ogħla diviżjoni Ġappuniża, b’rwol ta’ midfielder offensiv, wara l-uniku attakkant ċentrali fl-iskwadra ta’ Edgaras Jankauskas, l-attakkant statura, Gytis Paulauskas li għandu tul ta’ kważi żewġ metri.

Matthew Guillaumier u Joseph Mbong jippressaw għall-ballun (Ritratt: Catriel Farrugia Sghendo)
Fl-ewwel kwarta logħob tal-partita, l-azzjonijiet kienu rari, iżda kienu l-Litwani li kellhom aktar pussess f’saqajhom, b’Malta tagħżel li żżomm il-prudenza u l-kalma fl-ewwel ħinijiet tal-konfront.
Bil-kontra, l-avversarji ħarġu aggressivi u wettqy diversi fouls tant li wara 17-il minuta logħob, Kipras Kazukolovas kien l-ewwel plejer ammonit mir-referee Rumen ta’ din il-logħba, wara diversi twissijiet verbali li kien ilu jagħmel ir-referee, mhux lil Kazukolovas biss, iżda lil aktar plejers Litwani.
Mal-ħin il-Maltin bdew iżidu fil-logħob tagħhom, iżda xorta kienu l-Litwanja t-tim li ħoloq l-akbar theddida quddiem il-lasta avversarja fl-ewwel taqsima, tant li fil-31 minuta, Satariano għamel intervent f’waqtu fil-kaxxa difiża mill-Maltin, u żamm lil Paulauskas milli jikkonkludi kif mixtieq.
Fis-37 minuta, reġa’ kien l-istess Paulauskas, li kellu l-akbar ċans sa dak il-ħin fil-partita, b’xutt mal-ewwel indirizzat lejn il-lasta ta’ Henry Bonello, li b’xorti tajba għadda ftit barra.
Il-Litwanja komplew iżidu l-pressjoni tagħhom qabel tmiem l-ewwel taqsima, u ħolqu aktar tensjoni fuq il-Maltin. Tul il-logħba kollha, dan kien l-aktar ħin debboli ta’ Malta, iżda l-plejers tagħna xorta baqgħu juru qlubija u komplew jagħtu l-massimu tagħhom biex iwaqfu l-furja tal-Litwani, u b’hekk ma nsofrux il-gowl taż-żvantaġġ qabel il-mistrieħ.
Dawn kienu ħinijiet li inkwetaw lill-partitarji Maltin, għaliex lejn l-aħħar tal-ewwel 45 minuta, il-plejers tagħna dehru għajjiena, kemm fiżikament kif ukoll mentalment. Għaldaqstant il-ħin tal-mistrieħ wasal fil-mument idejali, biex il-plejers ta’ De Leo jerġgħu jiskopru l-identitá vera tagħhom.
Bl-ewwel taqsima tintemm f’draw ta’ mingħajr gowls, fit-tieni taqsima, Malta ħriġna b’aktar ħeġġa u inizjattiva iżda wara seba’ minuti logħob għal ftit ma qlajnix il-gowl li biħ konna mmorru minn taħt fil-logħba.
Kienet azzjoni li fiha l-Litwanja ħolqu l-aħjar ċant tagħhom tal-logħba, b’konklużżjoni meqjusa ta’ Artur Dolznikov li għelbet lil Bonello, ħabtet mal-minduda u għaddiet barra.
Tabilħaqq li dan kien mument li kull Malti ħa nifs il-ġewwa u għoddejniha b’waħda li ma konnix ikkastigati b’gowl li mingħajr dubju kien jiddimotivana.
Fil-61 minuta, Malta ħolqot l-aħjar ċans tal-logħba meta f’azzjoni mahduma bejn l-aħwa Mbong, Joseph, għadda lejn Paul, li b’konklużżjoni mill-viċin impenja lill-gowlkiper Edvinas Gertmonas, b’xutt fil-baxx.
Dan kien l-aħjar ħin fil-partita għal Malta, fejn bdejna nikkontrollaw aħjar filwaqt li fil-fażi offensiva, konna qed inkunu aktar penetranti u avventurużi għall-ispejjeż tal-Litwani.
Plejers bħal Guillaumier, Teuma, Satariano u Jones bdew ifittxu aktar lil xulxin fl-azzjonijiet tal-Maltin fl-attakk, u dan beda’ joħloq aktar pressjoni u tfixxkil fid-difiża tal-Litwanja li ma baqgħux juru l-istess kontinwitá fil-pożittiv.
Fil-65 minuta, konklużżjoni minn barra ‘l kaxxa ta’ Ryan Camenzuli għaddiet ftit barra mill-lasti avversarja.
Fl-74 minuta, Malta wetqet sostitutzzjoni meta daħal jilgħab iż-żagħżugħ veloċi, Basil Tuma minflok Paul Mbong, bl-għan li tingħata ħajja ġdida u aktar friska lill-attakk tagħna.
Ftit wara, De Leo daħħal jilgħab ukoll lil Kyrian Nwoko u lid-debuttant Keyon Ewurum, b’dan tal-aħħar għad għandu biss 18-il sena u fl-ewwel logħba tiegħu mal-kbar tan-nazzjonal ħalla impressjoni tajba.
Fl-84 minuta, minn shot assist ta’ Ewurum, Satariano kellu t-tenattiv tiegħu jgħaddi bi żbrixx barra, biex il-Maltin komplew juru l-aħjar logħob tagħhom.
M’hemmx dubju li l-inklużżjoni tal-plejer ta’ Valletta, Ewurum nissel aktar entużjażmu fl-offensiva tal-Maltin, u l-għażla li għamel De Leo biex jintroduċi lil dan il-plejer għal din il-logħba, tagħtu raġun biex ibigħ.
Fil-ħin miżjud mir-referee, Malta pprotestaw għal allegat penalty, meta l-ballun deher li setgħa mess ma’ idejn Edgaras Utkus, iżda kien x’kien il-kuntatt, ir-ripetizzjonijiet urew li kwalunkwé kuntatt ma kienx intenzzjonali u fiċ-ċirkostanza, l-avversarjiu Malti ma setgħax jagħmel mod ieħor biex jevitá l-kuntatt mal-ballun għalhekk id-deċiżjoni tar-referee li ma jagħtix penalty kienet waħda tajba.
Dik kienet l-aħħar azzjoni tal-logħba, u r-riżultat finali kien wieħed ġust speċjalment meta wieħed iqis il-prestazzjoni u titjib li urew il-Maltin fit-tieni 45 minuta logħob fejn mingħajr dubju konna l-oppost tal-ewwel taqsima u aħjar mill-Litwanja.
Dan kien l-ewwel punt mirbuħ minn Malta fil-Grupp iżda xorta għadna qed infittxu l-ewwel gowl tagħna f’tliet partiti.

Alex Satariano bil-pussess tal-ballun (Ritratt: Catriel Farrugia Sghendo)
Malta: 1. Henry Bonello, 3. Ryan Camenzuli, 5. James Carragher, 13. Enrico Pepe, 22. Zach Muscat (86 minuta 21. Juan Corbalan), 7. Joseph Mbong (81 minuta 14. Kyrian Nwoko), 10. Teddy Teuma, 11. Jodi Jones (81minuta 19. Keyon Ewurum), 6. Matthew Guillaumier, 23. Alex Satariano, 20. Paul Mbong (74 minuta 9. Basil Tuma)
Litwanja: 1. Edvinas Gertmonas, 19. Klaudijus Upstas (46 minuta 22. Paulius Golubickas; 74 minuta 18. Deividas Sesplaukis), 5. Kipras Kazukolovas, 3. Edgaras Utkus, 2. Artemijus Tutyskinas, 15. Gvidas Gineitis, 6. Modestas Vorobjovas (70 minuta 8. Gratas Sirgedas), 13. Justas Lasickas, 7. Artus Dolznikov (70 minuta 10. Fedor Cernych), 14. Vykintas Slivka (81 minuta 11. Romualdas Jansonas), 9. Gytis Paulauskas
Karti sofor: 17-il minuta Kipras Kazukolovas (Litwanja), 24 minuta Paul Mbong (Malta), 89 muinuta Ryan Camenzuli (Malta), 90 minuta Artemijus Tutyskinas (Litwanja), 94 minuta Matthew Guillaumier (Malta)
Referee: Marian Barbu (Rumanija)
//= $special ?>