Inkomplu naħdmu biex Gvern ġdid Nazzjonalista jagħti tama lil pajjiżna.
Dan kien il-messaġġ li wassal il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech, waqt reċiviment li sar ftit jiem qabel għeluq sninu.
Għal dan l-avveniment attendew diversi Membri Parlamentari tal-Partit Nazzjonalisa, kunsilliera kif ukoll kandidati ġodda li taw l-awgurju tagħhom lill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech f’għeluq il-54 sena tiegħu.

Bernard Grech, li kien akkumpanjat mill-mara tiegħu AnneMarie Grech, irringrazzja lil dawk kollha preżenti li dejjem ikunu ta’ appoġġ għall-Partit Nazzjonalista permezz tal-preżenza tagħhom.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista irringrazzja wkoll lil familja tiegħu, lill-Uffiċċjali tal-Partit Nazzjonalista u lid-deputati kollha preżenti.

Bernard Grech tenna li se jkun qed ikompli jmexxi l-Partit Nazzjonalista bil-valuri soddi li tawh il-ġenituri u spjega li fil-Partit Nazzjonalista kulħadd hu milqugh. Hu fakkar ukoll fil-viżjoni tal-Partit Nazzjonalista li tgħin il-ħaddiema, lill-familji liż-żagħżagħ, lill-istudenti kif ukoll lill-anzjani.
Bernard Grech stqarr li ħadd mhu perfett u għalhekk jekk fil-passat hemm minn ħass li l-Partit Nazzjonalista weġġgħu lest li jagħmel apoloġija.

Hu saħaq li qatt mhu se jaqta’ qalbu tkun kemm tkun diffiċċli l-mixja tal-Partit Nazzjonalista. U għalhekk talab lil kulħadd biex jagħmel kuraġġ – għaliex il-pajjiż verament għandu bżonn bidla.

Fi tmiem dan ir-riċiviment il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qasam ukoll il-kejk ta’ għeluq sninu, fejn miegħu kien hemm ukoll il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Perici Calascione, is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Charles Bonello, u s-Segretarju Internazzjonali Beppe Galea.
//= $special ?>