Internazzjonali

Iżrael jattakka n-nofsinhar ta’ Beirut lejlet festa

Iżrael wettaq attakki bl-ajru fis-subborgi tan-nofsinhar ta’ Beirut, u qal li kien qed jimmira lejn  id-drones mill-Hezbollah.

L-attakk, li seħħ il-Ħamis filgħaxija lejlet Eid Al-Adha, waħda mill-iktar festi importanti fl-Islam, ġie wara twissijiet ta’ evakwazzjoni għal diversi bini fil-viċinanza fejn hemm il-bażi ta’ Hezbollah fil-kapitali.

Ma kien hemm l-ebda rapport inizjali ta’ nies midruba.

Il-Forzi tad-Difiża ta’ Iżrael qalet li identifikat grupp tal-Hezbollah li kienet qed tipproduċi eluf ta’ drones taħt l-art, iffinanzjata minn dawk li sejħu terroristi Iranjani.

L-attakk seħħ minkejja waqfien mill-ġlied li ilu fis-seħħ bejn Iżrael u l-grupp armati għal dawn l-aħħar sitt xhur.

Il-Prim Ministru Libaniż qal li jikkundanna bil-qawwa dawn l-attakki, u li jqishom bħala attakk sistematiku u intenzjonat fuq pajjiżna, speċjalment lejlet il-festi u l-istaġun turistiku.