Internazzjonali

Iżrael wettqu massakru f’Gaza City u qatlu 66 persuna

Mill-inqas 66 persuna nqatlu f’attakki Iżraeljani f’Gaza sa mill-ħinijiet bikrin ta’ dalgħodu, b’16 minnhom jinqatlu f’attakk wieħed fil-Belt ta’ Gaza, fejn in-numru jkompli tiela mal-ħin.

Dan jinkludi wkoll seba’ persuni li nqatlu f’rejd Iżraeljan fuq dar li kienet qed toffri kenn lil persuni bla dar fil-punent tal-Belt ta’ Gaza.

Iżrael qatel ukoll 8 persuni illi kienu qegħdin ifittxu l-ikel minn ċentru tal-għajnuna Amerikan. Dan hu wieħed biss mill-inċidenti ta’ fejn l-Iżraeljani qatlu persuni li qed jipprovaw isibu l-għajnuna, hekk kif din il-ġimgħa biss inqatlu iżjed minn 100 persuna li kienu sempliċiment qegħdin iffitxu l-ikel biex ikunu jistgħu jitimgħu lil familji tagħhom.

Matul il-ġurnata Iżrael ħabbar ukoll diversi evakwazzjonijiet minn zoni differenti fit-Tramuntana ta’ Gaza…. possibilment bi preparazzjoni għal attakk ieħor.