Il-pajjiż illum fakkar l-irvellijiet tas-7 ta’ Giugno tal-1919 – avvenimenti li mmarkaw l-istorja ta’ Malta fil-bidu tas-seklu l-ieħor.
Kmieni filgħodu, il-President ta’ Malta Myriam Spiteri Debono poġġiet kuruna ta’ fjuri f’riġlejn il-monument li jfakkar il-vittmi ta’ dawn l-irvellijiet.

F’din iċ-ċerimonja ħa sehem stakkament tal-Forzi Armati ta’ Malta.
Aktar kmieni tqiegħdu kuruni ta’ fjuri anke fuq il-qabar tal-vittmi fic-Cimiterju tal-Addolorata.
