Futbol Sport

Malta timmira għall-ewwel rebħa fi Grupp G fil-partita tal-lum kontra l-Litwanja

(Ritratt: MFA)

Malta qed timmira li tikseb l-ewwel punti fil-partita kontra l-Litwanja llum fis-6pm fl-Istadium Nazzjonali f’Ta’ Qali.

Fl-ewwel żewġ partiti minn Grupp G, il-Maltin tilfu ż-żewġ konfronti, bl-ewwel konfront ikun fl-Istadium Nazzjonali kontra l-Finlandja bl-iskor finali jkun 1-0. It-tieni partita kienet barra minn xtutna kontra l-Polonja, li s’issa għandhom 6 punti minn żewġ partiti. Il-Maltin tilfu dak il-konfront 2-0, fi Stadion Nardowy.

Il-Litwanja jinsabu fil-143 post fil-FIFA Rankings, filwaqt li Malta tinsab fil-169 post. Dan ifisser li jekk Malta qed jimmiraw biex jiksbu xi punti, huwa l-iżjed possibbli li jinkisbu fiż-żewġ partiti kontra l-Litwanja.
Il-partita tar-ritorn kontra l-Litwanja tintlagħab fl-4 ta’ Settembru.

Malta tilagħab kontra l-Olanda t-Tlieta li ġej fid-8:45pm, kontra dak li huwa possibbilment l-iktar tim iebes ta’ Grupp G, l-Olanda.

Għal Malta, se jkun neqsien Kurt Shaw u Gabriel Bohrer Mentz fl-ewwel partita kontra l-Litwanja, hekk kif id-difensuri ta’ Hibernains u Gżira rispettivament, huma sospiżi.

Din hija l-ewwel opportunità għall-attakkant żagħżugħ ta’ Valletta FC Keyon Ewurum li jkun involut mal-iskwadra ewlenija, bil-plejer ta’ 18-il sena jaf ukoll ikollu ċ-ċans li jidebutta mat-tim nazzjonali Malti jekk il-partita tkun favorevoli għal Malta.

Jake Azzopardi, żagħżugħ ieħor ta’ Valletta, kien involut fl-iskwadra tal-aħħar darba, però0 għadu qatt ma kellu ċans li jilbes il-flokk tat-tim nazzjonali tal-kbar għall-ewwel darba.

Mgħajjat mal-iskwadra ukoll Paul Mbong, minkejja l-kontroverjsa kurrenti bejn il-klabb Birkirkara u Mbong.