Lokali

Pawlu Xuereb huwa s-sewwieq tat-trakkijiet li miet dalgħodu f’Ħal Far

Jismu Pawlu Xuereb ir-raġel ta’ 67 sena minn Ħaż-Żebbuġ illi tilef ħajjtu fl-inċident li seħħ dalgħodu fiż-żona industrjali ta’ Ħal Far.

Bosta Żebbuġin kienu maħsuda b’din l-aħbar li waslet bħal sajjetta fil-bnazzi; propju fil-festa ta’ San Filep. Dan apparti li kienu bosta dawk li kitbu fuq il-media soċjali sabiex ifakkru l-memorja ta’ Pawlu.

Is-sewwieq tat-trakkijiet miet b’mod mill-aktar traġiku wara li inqabad taħt it-trailer tiegħu stess. Fil-fatt, hu ġie ċertifikat mejjet fil-post.