Sewwieq ta’ mutur sofra ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq l-imġarr, ix-Xewkija.
Il-każ seħħ Ilbieraħ, għall-ħabta tal-17:30, meta għal xi raġuni seħħet ħabta bejn Mutur KTM misjuq minn raġel ta’ 39 sena residenti x-Xagħra u Mazda CX-3 misjuqa minn mara ta’ 36 sena residenti x-Xagħra.
Fil-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, fejn
aktar tard huwa ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L- investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.