Għalkemm dwar Manoel Island, il-Prim Ministru Robert Abela qed jgħid li mhu jeskludi xejn…xorta għadu ma ħax pożizzjoni. Tant li għadu qed jagħmel dik li hu stes sejjaħ analiżi legali.
F’kummenti lil Net News, il-Prim Ministru stess ikkonferma li l-Gvern għadu jrid ikompli b’dawk li hu sejjaħ “konsultazzjonijiet”. Dan minkejja li ftit tal-jiem ilu kien iddikjara li l-bini f’Manoel Island huwa żvilupp ta’ kwalità.
Abela qed ikomplu jdawwar din it-tema f’ballun politiku. Tant li stqarr illi l-art ta’ Manoel Island kienet ingħata biċ-ċenteżmi…
Li ma qalx hu, li kien il-Labour ukoll li approva din il-konċessjoni.
Intant, fil-kummneti lill-media, Abela ma riedx jiżvela id-dettalji tal-laqgħat li kellu mal-azzjonisti u ma’ dawk li ffirmaw il-petizzjoni.
Il-Kap tal-PN Bernard Grech minn naħa tiegħu ħa pożizzjoni ċara, anke minħabba l-fatt li issa – wara 25 sena – ir-realtajiet tal-pajjiż inbidlu. Bil-Kap tal-PN jiddikjara li Manoel island għandha tinbidel f’Park Nazzjonali li jkun pulmun għall-inħawwi tal-Gżira, l-Imsida, u Tas-Sliema.