Manoel Island kien proġett maqbul b’mod unanimu. Anke l-Labour kien favur. Kif ikkonferma l-eks Prim Ministru Alfred Sant f’kummenti li ta lit-Times of Malta.
Alfred Sant – li kien Prim Ministru bejn l-1996 u l-1998 – jistqarr li qabel mal-konċessjoni. U meta qabbad esperti biex janalizzaw il-ftehim mal-MIDI, hu kellu konklużjoni pożittiv.
Sant jinsisti li ma kien hemm ebda raġuni għaliex il-Labour dak iż-żmien kellu joqgħod ifettaq fuq il-proġett ta’ Manoel Island. U fil-fatt, il-qbil fil-Parlament kien unanimu.
Iżda kif fisser l-eks Prim Ministru Lawrence Gonzi, issa ir-realtajiet ta’ pajjiżna inbidlu ferm.
Mat-Times, Lawrence Gonzi qal li l-Gvern għandu jaċċetta li hemm pressjoni kbira min-nies, u li l-karba għal spazji miftuħa hi waħda enormi.
Din il-konċessjoni kienet iffirmata fis-sena 2000, u Lawrence Gonzi jinsist li kollox sar b’mod trasparenti mal-MIDI. Tant li appella lill-Prim Ministri Robert Abela biex jara r-records Parlamentari, u jieqaf jattakka b’mod partiġġjan.
Bħalissa, hemm petizzjoni b’xejn anqas minn 29,00 firma – u appell qawwi sabiex Manoel Island tinbidel f’Park Nazzjonali.
Il-MIDI qed jibqgħu jinsistu li ma kisrux il-kuntratt. Iżda l-attivisti jridu dan l-ispazju lura, għat-tgawdija tan-nies.
//= $special ?>