Sport Sport Ieħor

Suċċessi mit-timijiet nazzjonali tal-bowling fit-Turkija

Wara s-suċċessi fl-20 edizzjoni tal-Logħob tal-Pajjiżi Żgħar f’Andorra, għada fuq NET Television mill-4.10pm ‘l quddiem jixxandar id-29 programm ta’ SPORT EXTRA bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Charles Camenzuli.

Programm iddedikat lit-timijiet nazzjonali tal-bowling u s-suċċessi miksuba fil-ġranet li għaddew.

Fl-ewwel parti, intervista ma’ Mark Spiteri kowċ tat-timijiet Nazzjonali tal-Malta Bowling Association.

Intervisti wkoll mal-protagonisti fil-kampjonat tal-Mediterran f’Ankara, fosthom Cynthia Frendo Duca, Mauro Anastasi u Nicholas Muscat.

Fit-tieni parti enfasi dwar il-Kampjonat taż-Żgħażagħ li sar f’Samsun fit-Turkija, b’intervisti ma’ Nicolai Mallia, Thomas Caruso, Kayden Lagana u Trevis Barbara.

SPORT EXTRA għandu lil Eric Spiteri bħala responsabbli mill-muntaġġi u filmati minn Bernie Dimech.