Internazzjonali

Trump isostni li Musk “tilef moħħu”

Donald Trump qal li Elon Musk “tilef moħħu”, skont rapporti tal-midja fl-Istati Uniti, u m’għandu l-ebda pjan li jitkellem miegħu.

Il-President Amerikan ġie mistoqsi dwar rapporti li kienet ġiet skedata telefonata bejn Musk u hu nhar il-Ġimgħa, fejn hu alegat li wieġeb, “Inti tfisser ir-raġel li tilef moħħu?”.

Uffiċjal mill-White House qal li ma kienx hemm telefonata skedata bejn Trump u l-eks alleat tiegħu, fost konflitt miftuħ bejniethom. Aktar tard l-istess jum, Trump qal lill-ġurnalisti abbord Air Force One li ma kellux pjan li jitkellem mal-Kap Eżekuttiv ta’ Tesla.

Trump żied li se jkun hemm reviżjoni tal-kuntratti estensivi ta’ Musk mal-gvern federali. Madankollu, sors infurmat qal lil Sky News li l-president qed jikkunsidra jbiegħ it-Tesla tiegħu – sinjal ieħor li m’hemmx riżoluzzjoni viċin għall-kunflitt.