Lokali

Żagħżugħ f’qagħda kritika wara li ħabat rasu mal-ġebel f’Għajn Tuffieħa

Żagħżugħ ta’ 20 sena ittieħed l-isptar b’emerġenza f’qagħda kritika wara li ħabat rasu mal-blat meta kien qiegħed jaqbeż fil-baħar f’Għajn Tuffieħa s-Sibt.

Hu għamel xi ħin taħt l-ilma qabel ma ndaqq l-alarm li kien hemm emerġenza.

Ħaddiema tal-isport tal-baħar tellawh fuq il-bajja, fejn it-tobba u lifeguards amministraw CPR fuq iż-żagħżugħ.

Minn hemm hu ttieħed l-isptar b’ambulanza u jinsab f’qagħda kritika.