Fl-aħħar xhur u snin il-Prim Minsitru Robert Abela kien sinonimu mal-u-turns mil-liġi tal-abort, sal-ftuħ tal-inkjesta pubblika b’rabta mal-mewt taż-żagħżugħ Jean Paul Sofia….u issa kien imiss il-u-turn fuq Manoel Island.
Dan hekk kif fl-aħħar jiem il-Mexxej Laburista ħareġ jattakka b’mod mill-aktar partiġjan fuq il-kwistjoni tal-iżvilupp ta’ Manoel Island, żvilupp li fis-sena 2000 il-Partit Laburista, dak iż-żmien immexxi minn Alfred Sant id f’id mal-konsultazzjoni legali li ngħatat lill-Kabinett Laburista dak iż-żmien mill-eks Deputat Mexxej Laburista George Abela…..qabel miegħu b’mod unanimu.
Mhux talli qabel miegħu b’mod unanimu, talli meta kien fil-Gvern, bejn l-1996 u l-1998 il-Labour saħansitra ssokta bit-taħdidiet b’rabta mal-privatizzazzjoni ta’ din il-gżira.
Illum, iddecieda li jbiddel id-diska b’mod mill-aktar drastiku. Dan hekk kif f’intervista fuq ir-radju tal-media laburista Abela insista li jemmen f’dan il-pulmun aħdar…. madanakollu sena ilu Abela kellu ideat ferm differenti.
Illum Robert Abela qed jgħid li joħlom li jara t-tfal jiġru u jgħumu fuq Manoel Island….iżda il-ħsibijiet tal-Prim Ministru kienu ferm differenti qabel ma ra quddiemu petizzjoni ta’ 29,000 firma.
U-turn waħda wara l-oħra mill-Prim Ministru – biex issa wieħed qed jistenna s-soluzzjonijiet, soluzzjonijiet li Abela s’issa ma huwa qed jeskludi xejn…lanqas protest ġudizzjarju iżda xejn żvelat la x’intqal mal-NGOs u wisq inqas fil-Grupp Parlamentari Laburista…għalissa xejn eskluż.
Mill-banda l-oħra l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech ħa pożizzjoni ċara, anke minħabba l-fatt li issa – wara 25 sena – ir-realtajiet tal-pajjiż inbidlu. Bil-Kap tal-PN jiddikjara li Manoel island għandha tinbidel f’Park Nazzjonali li jkun pulmun għall-inħawwi tal-Gżira, l-Imsida, u Tas-Sliema.
//= $special ?>