Kenneth Vella
Fi tmiem il-ġimgħa fil-Marsa saru żewġ laqgħat li ġabu fi tmiemha l-ewwel parti tal-istaġun 2025. Dawn kienu s-27 u t-28 laqgħa tal-istaġun u inkludew il-finali tat-Tazza ALDB Sette Giugno għal żwiemel tal-klassi Premier u l-finali tal-Prix De Vincennes din id-darba għal żwiemel Franċiżi tal-klassi Premier.. Dawn saru fuq distanza qasira ta’ 2140 metru u ntrebħu minn Al Capone Stecca u Follow Me Flash rispettivament.
Għaxar żwiemel biss ħadu sehem fil-finali tas-Sette Giugno. Al Capone Stecca (Carl Caruana) żied fil-ġiri matul l-aħħar 500 metru u rnexxilu jakkwista t-tieni rebħa staġjonali faċilment b’ħames tulijiet distakk minn Velvet Gio (Rodney Gatt) u Hi D. (Jesmar Gafa’). Mulberry (Charles Camilleri) li kien għal ħafna ħin quddiem, temm fir-raba’ pożizzjoni Ir-rebbieħ kellu medja impressjonanti ta’1.12.4” fil-kilometru.
Ta’ min wieħed jinnota li l-Ħadd Rodney Gatt irnexxilu jirbaħ erbgħa mit-tiġrijiet li ġew organizzati u apparti l-finali b’Follow Me Flash, hu irnexxilu jirbaħ anki l-finali Prix D’Enghien tal-klassi Gold permezz ta’ Far West De Chenu.
Minħabba li huwa previst li matul is-Sajf se jsir xi xogħol fuq il-kumpless, l-istaġun 2025 mistenni jitkompla f’Ottubru li ġej.
Ir-rebbieħa kollha
Is-Sibt
I Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 1640m. 1. Kiss Me Du Midi (J. Vella) Ħin – 2.05.1” (1.16.3”) 2. Flexy Vert (P. Galea) 3. Ice Star (Ch. Camilleri) 4. Ivanhoe De Retz (W. Cutajar)
II Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 1640m. 1. Emissoro (R. Schembri) Ħin – 2.02.9” (1.15”) 2. Bys Goo Goo Star (Ch. Camilleri) 3. Half Tege (P. Spiteri) 4. Global Rebel (R. Magro)
III Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 1640m. 1. King Of Terrail (Ch. Camilleri) Ħin – 2.03” (1.15”) 2. Goldwyn Du Bocage (P. Galea) 3. Imperial Choice (M. Falzon) 4. Hartist Griff (R. Gatt)
IV Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 1640m. 1. Holger (P. Galea) Ħin 2.01.2” (1.13.9”) 2. Farmer Du Moulinet (Ch. Camilleri) 3. Defi Nay (R. Gatt) 4. Dozule Gitan (N. Baldacchino)
V Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 1640m. 1. Il Conto (C. Vassallo) Ħin – 2.03.2” (1.15.1”) 2. Just Be Proud (J. Gafa’) 3. Guarda (M. Mifsud) 4. Hola Coquine (J. Carabott)
VI Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 1640m. 1. Denco’s Ozzy O (R. Gatt) Ħin – 2.01.8” (1.14.2”) 2. Gigaro Am (R. Magro) 3. Satellit A (Ch. Camilleri) 4. Goldenboy De Chenu (J. Gafa’)
VII Tiġrija. Finali ALDB Sette Giugno. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Al Capone Stecca (C. Caruana) Ħin – 2.34.9” (1.12.4”) 2. Velvet Gio (R. Gatt) 3. Hi D. (J. Gafa’) 4. Mulberry (Ch. Camilleri)
VIII Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 1640m. 1. Surf N’Turf (Ch. Camilleri) Ħin – 2.00.7” (1.13.6”) 2. En Toi J’Espere (Cherise Farrugia) 3. Iwan Boko (D. Baldacchino) 4. Cash Bore (R. Scicluna)
IX Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 1640m. 1. Patrick Silvio (P. Galea) Ħin – 2.01.5” (1.14.1”) 2. Liza Bore (R. Gatt) 3. Gulliver D’Ela (M. Refalo) 4. Global Barrister (J. Scerri)
X Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 1640m. 1. Forrest Beji (J. Gafa’) Ħin – 2.01.3” (1.13.9”) 2. Everest Dodville (K. Grima) 3. Hoquey Demarlotte (R. Gatt) 4. Darling Atout (Ch. Abela)
Il-Ħadd
I Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 1640m. 1. Invictus Boy (C. Vassallo) Ħin – 2.05.3” (1.16.4”) 2. Extreme Erca (A. Magro) 3. Jenna Du Val D’Or (J. Bartolo) 4. Fakir De Mone (D. Cortis)
II Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 1640m. 1. Ideal Pierji (J. Gafa’) Ħin – 2.02.5” (1.14.7”) 2. Figaro Du Fan (N. Baldacchino) 3. Ideal Du Midi (D. Baldacchino) 4. Demon De La Besvre (M. Fenech)
III Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 1640m. 1. Nimbus Tabac (J.J. Farrugia) Ħin – 2.04.4” (1.15.9”) 2. Helice Du Parc (W. Borg) 3. Cupidon De Bassard (C. Calleja) 4. Cadol De La Noemie (N. Baldacchino)
IV Tiġrija. Finali Prix De Cagnes Sur Mer. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Java D’Urzy (P. Galea) Ħin – 2.39.8” (1.14.7”) 2. Hercule Des Pres (Ch. Camilleri) 3. Fangio Magic (M. Borg) 4. Imperial Du Stade (R. Gatt) 5. Gypsa Bella (C. Vassallo)
V Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 1640m. 1. Mojo Express (R. Gatt) Ħin – 1.59” (1.12.6”) 2. Simb Trishia (P. Galea) 3. Comand (R. Magro) 4. Fighter New Men (N. Baldacchino)
VI Tiġrija. Finali Prix D’Enghien. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Far West De Chenu (R. Gatt) Ħin – 2.39.7” (1.14.6”) 2. Harcouel (A. Cassar) 3. Emile Du Var (J. Gafa’) 4. Invincible De Bry (N. Baldacchino) 5. Derby Chevaleraie (Ch. Camilleri)
VII Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 1640m. 1. Go And Flash (A. Farrugia) Ħin – 2.02” (1.14.4”) 2. Lee Harvey Bros (P. Galea) 3. Weather Chart (A. Cassar) 4. Ecrin Du Layon (Ch. Camilleri)
VIII Tiġrija. Klassi Premier. Dist – 1640m. 1. Ecume De Furetais (R. Gatt) Ħin – 1.58.8” (1.12.5”) 2. Rampant (J. Gafa’) 3. Forban (Cherise Farrugia) 4. Franklin Park (R. Magro)
IX Tiġrija. Finali Prix De Vincennes. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Follow Me Flash (R. Gatt) Ħin – 2.36.3” (1.13.1”) 2. Extra Du Chatelet (L. Ghigo) 3. Crack Money (Ch. Camilleri) 4. Eden De L’Iton (D. Baldacchino) 5. Fee Lucernaise (S. Vella)
X Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 1640m. 1. Incroyable Star (N. Baldacchino) Ħin – 2.00.5” (1.13.5”) 2. Excellentissime (J. Cassar) 3. Iniesta Sport (Cherise Farrugia) 4. Louisiana River (D. Hili)
//= $special ?>