Futbol Sport

Borussia Dortmund jilħqu ftehim biex jakkwistaw lil Jobe Bellingham

Borussia Dortmund laħqu ftehim ma’ Sunderland sabiex jakkwista lil Jobe Bellingham. Hu mifhum li Bellingham se jkun qed jissieħeb ma’ Dortmund għas-somma ta’ €32 miljun.

Il-midfielder ta’ 19-il sena, kellu staġun mill-aqwa ma’ Sunderland fejn saħansitra wassalhom għall-promozzjoni fil-Premier League. Jekk il-plejer jilħaq isir plejer ta’ Dortmund sal-10 ta’ Ġunju hu jkun jista’ jilgħab fil-Club World Cup li se tibda fl-14 ta’ Ġunju.

Jobe Bellingham jidher li se jkun qed jimxi fuq il-passi ta’ ħuh Jude Bellingham hekk kif qabel ma ssieħeb ma’ Real Madrid ukoll kien jilgħab ma’ Borussia Dortmund.