Carlos Alcaraz rebaħ ir-Roland Garros wara li għeleb lit-tennist Taljan Jannik Sinner f’partita li damet aktar minn ħames sigħat. Alcaraz rebaħ b’punteġġ ta’ 6-4 7-6 4-6 6-7 6-7 f’dik li kienet l-itwal finali fl-istorja tar-Roland Garros.
Alcaraz tilef l-ewwel żewġ sets iżda rnexxielu jirkupra b’mod tajjeb fejn fost l-oħrajn irnexxielu jirkurpa minn tliet championship points fir-raba’ set. B’hekk Alcaraz żamm dan l-unur wara li rebħu wkoll is-sena l-oħra.
F’Philippe Chatrier Court, Alcaraz irnexxielu juri dik li ħafna ddiskrivew bħala l-aqwa prestazzjoni tal-karriera tiegħu biex kiseb il-ħames titlu maġġuri matul il-karriera tiegħu. Hu sar l-ewwel tennist sa minn Novak Djokovic fl-2019 li rebaħ Grand Slam wara li irnexxielu jsalva match point.
Sinner minn naħa l-oħra kien qed jittama li jirbaħ l-ewwel titlu tiegħu fir-Roland Garros iżda kien imċaħħad milli jirbaħ it-tielet Grand Slam konsekuttiv.
Ftit tal-ġimgħat ilu fl-Open ta’ Ruma, iż-żewġ tennisti waslu wkoll sal-finali u kien Alcaraz li dakinhar ukoll għeleb lil Sinner.
//= $special ?>