Futbol Sport

Franza jegħlbu l-Ġermanja fil-partita għat-tielet post

(Ritratt: EPA)

Ġermanja…………0

Franza……………….2

Wara d-diżappunt fil-partita kontra Spanja, Franza temmew fit-tielet post fil-UEFA Nations League meta għelbu lil Ġermanja bl-iskor ta’ 2-0. Kylian Mbappe poġġa lit-tim ta’ Didier Deschamps fil-vantaġġ ftit qabel il-mistrieħ.

Fit-tieni taqsima, il-Ġermanja ħarġu fuq l-offensiva u ħasbu li ġabu l-iskor indaqs fit-53 minuta permezz ta’ Deniz Undav iżda l-gowl tiegħu kien imħassar permezz tal-VAR.

L-andament tal-partita baqa’ l-istess u Franza irduppjaw fl-84 minuta permezz tal-plejer ta’ Bayern Munich Micahel Olise.