Il-qtil ta’ Palestinjani li qed jittamaw li jirċievu kwantità żgħira tal-ikel kompla, f’Gaza, u meta mifhum li fl-aħħar tlett ijiem biss mietu talanqas 80 li kienu qed jistennew barra ċ-ċentri għad-distribuzzjoni tal-għajnuna….Qtil li numru akbar ta’ xhieda – inklużi l-awtoritajiet tas-saħħa lokali — qegħdin iwaħħlu fis-suldati Iżraeljani li qed jikkonsolidaw posthom fid-diversi artijiet ta’ Gaza
Fl-aħħar sigħat, inqatlu talanqas erba’ Paledstinjani waqt li kienu mexjin lejn wieħed minn dawn iċ-ċentri wara li kienu ilhom ibatu l-ġuh għal ġranet sħaħ.
Intant, il-kelliema għall-qawwiet Iżraeljani qalu li t-truppi fl-inħawi kienu sparaw tiri ta’ twissija fost indikazzjonijiet li l-Palestinjani li kienu qed javviċinawhom setgħu kienu ta’ theddida għalihom.
Fl-aħħar ġranet spikkaw dawn it-tipi ta’ inċidenti viċin iċ-ċentri għad-distribuzzjoni tal-ikel li għadhom kemm twaqqfu, f’Gaza, minn organizzazzjoni ġdida bl-isem Gaza Humanitarian Foundation (GHF)…Entità mmexxija mill-kuntratturi Amerikani u li hi appoġġjata mill-Istati Uniti u Iżrael.
Sadanittant, l-Iżraeljani qed jiċħdu li mhumiex qed jiddistingwu bejn ċivili Palestinjani u l-membri tal-grupp terroristiku Ħamas waqt li għaddejjin bl-offensiva ġdida fl-artijiet ta’ Gaza.
Dan meta qed jiżdied il-perikllu għall-familji Palestinjani disprati bl-ġuh u li qed jiffullaw madwar iċ-ċentri tal-għajnuna… Min-naħa tagħhom, l-Iżraeljani ffissaw ħinijiet stabbiliti għal meta l-Palestinjani jistgħu jistennew għall-ikel quddiem i-ċentri u meta f’ħinijiet oħrajn, dawn iz-zoni qed ikunu kunsidrati bħala nħawi għall-kumbattimenti attivi u regolari.
Hu minnu wkoll li fl-aħħar sigħat infetħu aktar minn dawn iċ-ċentri fiz-zoni ċentrali ta’ Gaza u l-inħawi ta’ Rafah . Dan wara li Iżrael beda jippermetti biex l-ammonti limitati gal-għġajuna jidħlu mill-ġdid fil-Medda ta’ Gaza wara waqfien ta’ madwar tlett xhur.
Madankollu, il-Gaza Humanitarian Foundation – li ngħata priorità fl-impenn għat-tqassim tal-ikel – qed ikun suġġett għall-iskrutinju u kritika kontinwa minħabba l-inċidenti qattiela li ilhom għaddejjin il-jiem fl-inħawi fejn qed jopera….Inċidenti traġiċi li mistennija jkomplu mingħajr il-bidliet fl-istrateġiji tal-militar Iżraeljan.
//= $special ?>