;”
Kandidat ewlieni għall-Presidenza tal-Kolombja qed jiġġieled għal ħajtu wara li spiċċa vittma ta’ sparatura…Dan waqt li hu kien preżenti għal rally tal-kampanja li kien qed isir nhar is-Sibt fil-belt ta’ Bogotá.
L-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, li qed jinvestiga l-attakk, qal li s-Senatur Miguel Uribe Turbay intlaqat darbtejn mit-tiri sparati lejh u li talanqas żewġ persuni oħra wkoll spiċċaw midruba fl-inċident li seħħ f’park, fid-distrett ta’ Fontibon.
Qed jingħad ukoll li l-pulizija arrestaw ġuvni ta’ 15-il sena li qed jgħin fl-investigazzjonijiet tagħhom.
Dan waqt li l-partit ta’ Uribe – iċ-Ċentru Demokratiku konservattiv – ħareġ stqarrija ta’ kundanna għal ‘din il-vjolenza inaċċettabbli’.
Il-filmati u ritratti li bdew jiċċirkulaw fuq il-media soċjali urew lil Uribe, mimli bid-demm, waqt li kien qed jinżamm wieqaf minn diversi nies madwaru. Wara kien ikkonfermat li hu kien jinsab f’kundizzjoni kritika, fost l-interventi kirurġiċi urġenti biex isalvawlu ħajtu.
//= $special ?>